Wednesday, April 24, 2024

11,412 refuġjati kienu jgħixu f’Malta fl-2023

Aqra wkoll

L-aħħar statistika dwar ir-refuġjati li hawn jgħixu f’Malta turi li sa tmiem l-2023, Malta ħarġet 2,451 ċertifikat ta’ Protezzjoni Temporanja minn meta bdiet il-gwerra fuq skala sħiħa fl-Ukrajna fl-2022. 75% taċ-ċertifikati inħarġu lil nisa u tfal.

Skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni Għolja għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) ta’ nofs is-sena 2023, kien hemm 11,412-il refuġjat u 2,005 persuna li qed tfittex l-ażil residenti Malta.

F’Diċembru 2023, l-UNHCR ospitat il-Forum Globali tar-Refuġjati f’Ġinevra, li matulu Malta wegħdet li tkompli ssaħħaħ il-provvista ta’ informazzjoni lil dawk li jfittxu ażil.

Fl-istess xahar ukoll, il-UNHCR nieda websajt “Help” b’informazzjoni dwar drittijiet u servizzi għal dawk li jfittxu l-ażil u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali f’Malta. Barra minnhekk, żviluppa fuljett f’koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Intern biex jitqassam fil-punti kollha tal-wasla.

Aktar kmieni fil-bidu tas-sena 2023, l-UNHCR ipprovda taħriġ għall-ipproċessar tal-każijiet mill-IPA u l-Operazzjoni EUAA f’Malta dwar il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru bħala bażi għall-protezzjoni internazzjonali.

Il-Kummissaru Għoli għar-Refuġjati kien stabbilixxa l-preżenza tiegħu f’Malta għall-ewwel darba fl-2005 biex jimmonitorja l-aċċess għat-territorju u l-akkoljenza filwaqt li jippromwovi proċeduri ġusti u effiċjenti ta’ ażil  f’konformità mal-livelli stabbiliti internazzjonali.

Sport