Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 14,121.
Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 1,147 każ ġdid filwaqt li 285 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.
Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 124, b’ħamsa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 480 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 65 sena waqt li kien pożittiv bil-virus.
Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,086,374 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 236,942 li huma dożi tal-booster.