Waqt li kien qiegħed jitkellmu fi programm fuq One, Rodrick Żerafa ddeskriva dak li qiegħed jiġri bħalissa fil-politika f’Malta bħala “12-il sena ta’ suċċessi kontra 12-il sena ta’ riżenji”.
Stqarr li hu ma jistax ma jaqbilx mal-President tal-Partit Laburista li kulħadd għandu jibqa’ għaddej bil-ħidma anke bir-riformi li qegħdin isiru.
Zerafa qal li issa jidher li l-Partit Laburista qabad rittmu tajjeb wara li fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew l-elettorat “ġibdilna ftit widneja fejn wasal messaġġ ċar ħafna li qalulna jew se tbiddlu kif qed tmexxu jew inkella se jkollna l-problemi.”
Hu kompla jgħid li issa aktar minn qatt qabel għandha nkunu magħqudin wara l-Prim Ministru l-Mexxej Laburista Dr Robert Abela. Irrefera wkoll għat-tibdil li sar minn wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej fejn fost l-oħra kien hemm Deputat Prim Ministru ġdid, Deputat Mexxej ġdid, President tal-Partit ġdid…
Zerafa kompla jgħid li l-Prim Ministru se jkun qiegħed jagħti d-direzzjoni tal-pajjiż aktar u aktar hekk kif l-Oppożizzjoni qabel kienet imkissra u issa aktar għax lanqas kap m’għandha.
Hu temm il-messaġġ tiegħu b’referenza għal dak li qal Bernard Grech ftit tal-ħin wara li ħabbar li rriżenja. Żerafa qal li Grech qal li “nittama li l-mexxej il-ġdid tal-PN ikollu l-interess biss tal-pajjiż u tal-Partit…”