Wednesday, December 25, 2024

120 barranin qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs f’Malta

142 oħra jinsabu taħt arrest preventiv…

Aqra wkoll

In-numru totali ta’ persuni li qegħdin jiskontaw sentenza fil-Faċilità  Korrettiva ta’ Kordin huwa ta’ 339 li minnhom 219 huma Maltin filwaqt li 120 l-oħra huma ta’ nazzjonalità barranija. 

Din l-informazzjoni ġiet mogħtija mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byorn Camilleri wara li saritlu misqtoqsija parlamentari fir-rigward kmieni din il-ġimgħa.

Il-Ministru Camilleri elenka l-lista tan-nazzjonalitajiet tal-persuni li bħalissa qegħdin jiskontaw piena ta’ ħabs. Dawn huma minn Malta, Bangladesh, Belġju, Brażil, Burkina Faso, Chad, Eġittu, Eritrea, Etiopja, Gambja, Georgia, Ghana, Guinea, Olanda, Ungerija, Irlanda, Iran, Italja, Libja, Latvja, Mali, Marokk, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Panama, Perù, Polonja, Rumanija, Somalja, Spanja, Serbja, Sudan ta’ isfel, Sirja, Togo, Tuneżija, Renju Unit, Stati Uniti, Veneżwela u Zimbabwe. 

Minn informazzjoni oħra li ntalab, din id-darba dwar in-numru u n-nazzjonalità tal-persuni li qegħdin fuq arrest preventiv fi ħdan l-istess Faċilità, il-Ministru Camilleri qal li l-ammont totali huwa ta’ 221 persuna li minnhom 79 huma ta’ nazzjonalità Maltija mentri l-bqija – 142 – huma ta’ nazzjonalità barranija. 

F’dan il-każ il-pajjiżi li ġejjin minnhom dawn il-persuni huma: Malta, Afganistan, Albanija, Arġentina, Ażerbajġan, Bangladesh, Brażil, Bulgarija, Chad, Kolumbja, Kroazja, Repubblika Ċeka, Danimarka, Eġittu, Eritrea, Etjopja, Franza, Gorġja, Ghana, Greċja, Olanda, Ungerija, Indja, Italja, Kosta tal-Ivorju, Libja, Litwanja, Mali, Maċedonja, Moldova, Montenegro, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Filippini, Polonja, Repubblika Domenikana, Rumanija, Senegal, Somalja, Spanja, Serbja, Sri Lanka, Sudan, Suriname, Seychelles, Sirja, Ukrajna, Venezeula u Vietnam. 

Rigward kemm hemm persuni li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inkluż dawk pajżana, il-Ministru Byorn Camilleri huwa infurmat li l-ammont ta’ nies jaħdmu mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jlaħħaq l-457 persuni li jinkludu 13-il impjegat tal-FSWS assenjati mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Ekonomija

Sport