Fl-aġġornament ta’ kuljum ipprovdut mill-paġna Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 121 persuna li huma nfettati bil-COVID-19. Dan instab wara li saru 2,955 swab test. Il-paġna ħabbret ukoll li rkupraw 122 persuna. Bħalissa it-total ta’ numru ta’ każi attivi huwa 2,120. Il-każi tal-lum għadhom qed ikunu investigati.
Rigward il-każi li nstabu lbieraħ, irriżulta li 25 każ kienu membri tal-familja ta’ persuni li kellhom il-COVID-19, disgħa kienu kollegi li ġew f’kuntatt ma’ persuni bil-vajrus minn fuq ix-xogħol u 5 kienu persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni nfettati.