Saturday, December 21, 2024

121,311-il turist ġew Malta f’Lulju

Aqra wkoll

F’Lulju li għadda, l-ammont ta’ turisti li waslu f’pajjiżna kienu jlaħħqu l-121,311 waqt li t-total ta’ ljieli mqattgħin minnhom f’dan ix-xahar kienu 1,118,871.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li 105,942 turist ġew pajjiżna għal btala, u 5,099 oħra ġew għal skop ta’ negozju.

L-akbar ammont ta’ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena. Residenti Taljani u Franċiżi kienu jinkludu 29.4% tat-total ta’ turisti li waslu f’pajjiżna f’Lulju. Jirriżulta wkoll li l-akbar għadd ta’ ljieli (81.8%) kienu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni mikrija. 

L-infiq mit-turisti f’Lulju li għadda kien ilaħħaq kważi €126.5 miljun. In-nefqa medja għal kull lejl kienet stmata li tlaħħaq il-€113. 

L-istatistika turi wkoll kif bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena, waslu f’pajjiżna 260,998, li jfisser tnaqqis ta’ 37.7% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2020. It-total ta’ ljieli mqattgħin minn turisti f’dan il-perjodu naqsu b’5.6% u kienu jaqbżu t-2.6 miljun lejl. 

In-nefqa totali kienet stmata li tlaħħaq il-€246.9 miljun, tnaqqis ta’ 4.5% meta mqabbel mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra.

Ekonomija

Sport