Minn l-aħħar aġġornament dwarr is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna ntqal li nstabu 122 każ ġdid ta’ Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa.
Tħabbar ukoll li fiequ 41 persuna oħra, u n-numru ta’ każi attivi fil-komunità tela’ għal 847. In-numru ta’ vittmi baqa’ ta’ 463.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 927,127 tilqima, li 93,247 minnhom huma dożi tal-booster.
Minn 12-il każ ta’ COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, tnejn minnhom qegħdin fl-ITU.
L-aħħar darba li f’pajjiżna kienu reġistrati aktar minn dan l-ammont ta’ każi ġodda kien lura fis-27 ta’ Lulju meta f’pajjiżna kienu reġistrati 142 każ ġdid.