Il-passiġġieri kollha u ħafna mill-membri tal-ekwipaġġ abbord titjira tal-Jeju Air tilfu ħajjithom wara li l-ajruplan li kienu fih iġġarraf waqt li kien qed jagħmel l-inżul tiegħu f’ajruport fil-Korea t’Isfel.
B’kollox, mietu 179 mill-181 persuna li l-Ħadd kienu qed jivvjaġġaw abbord il-Boeing 737-800, b’żewġ persuni biss isalvaw f’din it-traġedja – li kienu membri tal-ekwipaġġ. L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-ajruplan sofra birdstrike mal-inżul, jew inkella minħabba t-temp ħażin li kien hemm fuq l-ajruport.
Minkejja li l-investigaturi qed jimxu fuq dawn iż-żewġ teżijiet, xorta waħda l-investigazzjoni għadha għaddejja. Fuq il-post marru aktar minn 1,500 uffiċjal tal-emerġenza, kif ukoll 490 ħaddiem tat-tifi tan-nar. Magħhom ingħaqdu 455 uffiċjal tal-pulizija.
Uffiċjali tal-linja tal-ajru ta’ Jeju Air filwaqt li għamlu apoloġija għal dak li seħħ lill-familjari tal-vittmi, wegħdu li flimkien mal-kumpanija Boeing se jkunu qegħdin jinvestigaw x’seħħ eżatt.
Ilbieraħ: Mill-inqas 124 persuna ġew ikkonfermati mejtin wara li matul il-lejl iġġarraf ajruplan tal-linja tal-ajru Jeju Air f’Muan fil-Korea t’Isfel.
L-Aġenzija Nazzjonali tat-Tifi tan-Nar qalu li 54 persuna mejta li ġew iddentifikati huma rġiel filwaqt li 57 kienu nisa. Ma’ dawn hemm 13-il katavru li mhux iddentifikati u lanqas jista’ jingħad jekk humiex irġiel jew nisa.
Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li abbord l-ajruplan kien hemm 181 passiġġier u wħud minnhom inħarġu ħajjin mit-tifrik tal-ajruplan, iżda jinsabu fil-periklu tal-mewt.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-ajruplan sofra birdstrike mal-inżlu, jew inkella minħabba t-temp ħażin li kien hemm fuq l-ajruport. Minkejja li l-investigaturi qegħdin jimxu fuq dawn iż-żewġ teżijiet, xorta waħda l-investigazzjoni għadha għaddejja.
Fuq il-post marru aktar minn 1,500 uffiċjal tal-emerġenza, kif ukoll 490 ħaddiem tat-tifi tan-nar. Magħhom ingħaqdu 455 uffiċjal tal-pulizija.
Uffiċjali tal-linja tal-ajru ta’ Jeju Air filwaqt li għamlu apoloġija għal dak li seħħ lill-familjari wegħdu li flimkien mal-kumpanija Boeing se jkunu qegħdin jinvestigaw x’seħħ eżatt.