Sunday, July 26, 2026
Home Sport Vinicius JR se jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

Vinicius JR se jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

0
102

Real Madrid se jkunu qed jorbtu lill-attakkant internazzjonali Brażiljan Vinicius Junior għal iktar snin u b’hekk ixejnu kull tentattiv li xi klabbs mill-Arabja Sawdija qed jagħmlu sabiex joffrulu kuntratt attraenti.

Vinicius jinsab ferm kuntent f’Estadio Santiago Bernabeu. Hu ilu magħhom sa mis-sena 2018 fejn skorja 57 gowl f’190 logħba. Fil-passat hu kien jilgħab ma’ Flamengo.