Friday, November 20, 2026
Home Sport Malta Premier League: Valletta v Floriana l-aktar li tispikka fi programm mill-aktar...

Malta Premier League: Valletta v Floriana l-aktar li tispikka fi programm mill-aktar interessanti

0
31
Ritratti: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

F’dawn it-tlett ijiem jirritorna l-Malta Premier League wara l-impenn tat-team nazzjonali fil-UEFA Nations League li fih irbaħna Diviżjoni D, wara d-draw ta’ 1-1 kontra Ġibiltá.

Dan il-programm se jippreżenta partiti mill-aktar interessanti bl-aktar konfront attraenti jkun dak mit-Top Six bejn ir-rivali eterni, Valletta u Floriana.

Iż-żewġ partiti l-oħra mill-istess kategorija wkoll għandhom l-importanza tagħhom meta Hamrun Spartans jiffaċċjaw lil Sliema Wanderers filwaqt li Hibernians jaffrontaw lil Marsa­xlokk.

Dan ifisser li tliet logħbiet se jkunu bejn l-ewwel u s-sitta, bejn it-tieni u l-ħames u bejn it-tielet u r-raba’.

Mill-Bottom Six, iż-żewġ timijiet li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni, Gzira Uni­ted u Birżebbuġa St Peter’s jiltaqgħu kontra Zabbar St Patrick u Birkirkara rispettivament.

Dan huwa ċ-ċans għalihom li jridu jibdew jirbħu l-punti minħabba li d-distakk huwa kemmxejn kbir mat-team li jinsab fl-10 pożizzjoni … Balzan … li jilgħab kontra Mosta.

Valletta v Floriana – Din hija partita li mistennija tiġbed l-akbar folla s’issa tal-istaġun minħabba r-rivalitá li teżisti bejn dawn iż-żewġ  lokalitajiet.

Fil-veritá, fuq il-karta Valletta jibdew favoriti minħabba li se jilagħbu kontra team li huma ‘l bogħod mill-forma li fl-istaġun li għadda għamlithom champions.

Infatti, wara bidu tajjeb, il-Greens ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt partiti li fihom kisbu biss tliet draws, jew aħjar tliet punti, bil-konsegwenza li jinsabu fl-aħħar post tat-Top Six.

Fil-partita preċedenti, li ntlagħbet proprju fl-ewwel ta’ dan ix-xahar, il-Beltin ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.

Peró, huma għandhom lil Sava Radic sospiż, li huwa pedina importanti.

Hamrun S. v Sliema W. – Din hija partita meqjusa bħala waħda bilanċjata u għaldaqstant ma tkun l-ebda sorpriża li tintemm fi draw.

Iż-żewġ timijiet, l-aktar Sliema Wanderers, jittamaw li Valletta  jwaqqgħu l-punti kontra Floriana biex jibqgħu jżommu l-pass mal-leaders Valletta.

Min-naħa tal-Ispartans, ir-realtá hija kemmxejn diffiċli biex  huma jtemmu fit-tieni post biex jikkwalifikaw għas-semi-finali ta’ dan il-kampjonat.

Iżda huma se jkunu mmexxija mill-coach il-ġdid, Daniel Portela.

Fil-partita ta’ qabel, iż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Hibernians v Marsaxlokk – Marsaxlokk għandhom partita delikata kontra team li bħal donnu ngrana tant tajjeb matul dawn il-aħħar ġimgħat … bil-konsegwenza li t-tamiet li jtemmu fit-tieni post għadhom ħajjin.

Rebħa kontra x-Xlukkajri tkun tfisser li jaqbżuhom fil-klassifika u jkomplu bl-isfida meta jkun fadal tliet partiti għat-tmiem tal-Opening Round.

Fil-partita preċedenti, Marsaxlokk ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 … iżda huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż, Enrico Pepe.

Birżebbuġa SP v Birkirkara – Taħt it-tmexxija l-ġdida tal-coach, Winston Muscat, Birkirkara jiltaqgħu kontra Birżebbuġa St Peter’s li ftit tal-jiem ilu telaqhom Yuri de Jesus Messias.

Fil-partita ta’ qabel, iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 2-2.

L-Istripes għandhom lil Jake Vassallo sospiż.

Balzan v Mosta – Rebħa għal wieħed minn dawn jitla’ f’żona komda u ‘l bogħod minn kull periklu taż-żona tar-relegazzjoni.

L-aħħar konfront bejn iż-żewġ timijiet intrebaħ minn Mosta bl-iskor ta’ 2-1.

Zabbar SP v Gzira U. – Il-pressjoni tinsab kollha fuq  Gzira United minħabba li jinsabu fil-periklu li f’Mejju li ġej jilagħbu fil-play-off tar-relegazzjoni.

Il-konfront tal-ewwel fażi ta’ dan l-Opening Round bejn dawn iż-żewġ timijiet  intemm fi draw ta’ mingħajr goals.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here