Friday, November 20, 2026
Home Sport Waterpolo: It-team nazzjonali tat-tfajliet U/18 se jieħu sehem f’tournament fir-Repubblika Ċeka

Waterpolo: It-team nazzjonali tat-tfajliet U/18 se jieħu sehem f’tournament fir-Repubblika Ċeka

0
35

It-team nazzjonali tat-tfajliet U/18 telaq lejn ir-Repubblika Ċeka biex jieħu sehem fit-tournament EU Nations Junior Women 2026, li se jsir fi Brno, mil-lum sa nhar il-Ħadd.

Il-kompetizzjoni se tlaqqa’ tmien timijiet u se tagħti lill-players Maltin opportunità importanti biex jiksbu esperjenza internazzjonali.

Malta tinsab fi Grupp B flimkien mat-team ospitu r-Repubblika Ċeka, il-Gran Brittanja u Wales. 

Grupp A huwa kompost minn l-Afrika t’Isfel, British Hawks, l-Irlanda u l-Iskozja, 

Illum Malta tibda kontra Wales, qabel tilgħab kontra ċ-Ċeki aktar tard matul il-jum. Imbagħad għada taffronta lill-Gran Brittanja.

L-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jikkwalifikaw għas-semifinali, bil-finali tintlagħab il-Ħadd.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here