Friday, November 20, 2026
Home Sport Is-sidien ta’ Manchester City jitilfu finanzjament propost ta’ $2 biljun

Is-sidien ta’ Manchester City jitilfu finanzjament propost ta’ $2 biljun

0
43

Il-qagħda finanzjarja ta’ Manchester City sofriet daqqa ta’ ħarta oħra wara li l-kumpanija Amerikana Apollo Global Management irtirat mill-pjani tagħha li tipprovdi self ta’ $2 biljun lis-City Football Group, il-kumpanija li għandha lill-club Ingliż.

Skont il-Financial Times, in-negozjati kienu waslu fi stadju avvanzat qabel ma Apollo ddeċidew li jirtiraw, wara s-sentenza ta’ kummissjoni indipendenti dwar ksur tar-regolamenti finanzjarji tal-Premier League.

Il-kummissjoni sabet lill-club ħati ta’ 114-il ksur tar-regolamenti bejn l-2009 u l-2018, b’rabta ma’ rappurtaġġ finanzjarju u ftehimiet kummerċjali.

Manchester City ċaħdu l-akkużi u qed jappellaw id-deċiżjoni, filwaqt li qed isostnu li fiha żbalji serji.

It-telf ta’ dan il-finanzjament jista’ joħloq kumplikazzjonijiet oħra għall-grupp, għalkemm ma jfissirx li tilef $2 biljun mill-fondi eżistenti tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here