Il-coach il-ġdid ta’ Manchester United, Mauricio Pochettino, appella għall-għaqda wara ġimgħat ta’ tensjoni fost il-players u l-partitarji f’Old Trafford.
Fl-ewwel intervista tiegħu, Pochettino saħaq fuq il-ħtieġa ta’ bidla fil-mentalità u kultura ġdida biex il-klabb jerġa’ jikseb is-suċċess.
L-Arġentin, li mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu nhar il-Ħamis, qal li l-fiduċja bejn il-players, l-istaff tekniku, id-diriġenti u s-sidien hija essenzjali.
Pochettino appella wkoll lill-partitarji biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-team, filwaqt li enfasizza li kulħadd irid jaħdem flimkien biex tinħoloq atmosfera pożittiva u Manchester United joħorġu mill-kriżi attwali.




