Friday, November 20, 2026
Home Sport L-FIA se tintroduċi uffiċjali full-time fil-Formula 1 mill-2027

L-FIA se tintroduċi uffiċjali full-time fil-Formula 1 mill-2027

0
21

L-FIA ħabbret pjani biex mill-istaġun 2027 tintroduċi uffiċjali full-time fil-Formula 1, bil-għan li ttejjeb il-konsistenza u l-ġustizzja fid-deċiżjonijiet.

Il-pjan inizjali se jinvolvi numru żgħir ta’ uffiċjali internazzjonali b’esperjenza, liema programm se jitwessa’ gradwalment biex eventwalment ikun magħmul minn 12 sa 15-il uffiċjal.

Dawn se jaħdmu flimkien mal-uffiċjali part-time, filwaqt li sewwieqa rtirati jibqgħu jingħaqdu mal-bord tal-istewards waqt il-Grand Prix.

L-inizjattiva ġejja wara kritika dwar nuqqas ta’ konsistenza fil-penalitajiet. L-uffiċjali se jkollhom ukoll rwol fit-taħriġ u fir-reviżjoni tar-regolamenti bejn it-tiġrijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here