Friday, November 20, 2026
Home Sport Tennis – ATP Finals: Ben Shelton jegħleb lil Rafael Jodar u jikkwalifika...

Tennis – ATP Finals: Ben Shelton jegħleb lil Rafael Jodar u jikkwalifika għas-semi-finali

0
27

Ben Shelton ikkwalifika għas-semi-finali tal-ATP Finals meta għeleb lill-Ispanjol Rafael Jodar 7-6 (10-8), 7-5 fil-grupp John McEnroe f’Turin.

L-Amerikan kellu jaħdem ħafna biex jikseb din ir-rebħa kontra Jodar, f’konfront missielta li dam aktar minn sagħtejn.

L-ewwel set kien bilanċjat u kellu jiġi deċiż fit-tie-break, fejn Shelton salva żewġ set points qabel ħareġ rebbieħ.

Fit-tieni set, Jodar irnexxielu jġib id-draw 5-5 wara li Shelton kien mar 4-2 minn fuq. Madankollu, l-Amerikan reġa’ ħa l-kontroll, kiser is-servizz tal-avversarju u mbagħad għalaq il-partita.

B’din ir-rebħa, Shelton temm il-grupp b’żewġ rebħiet u telfa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here