Friday, November 20, 2026
Home Sport L-Ingilterra mmultata mill-UEFA minħabba kant anti-Kattoliċi

L-Ingilterra mmultata mill-UEFA minħabba kant anti-Kattoliċi

0
33

L-Assoċjazzjoni tal-Football Ingliża ġiet immultata €15,000 minn UEFA wara kant anti-Kattoliċi u anti-Irlandiżi minn  partitarji Ingliżi waqt ir-rebħa ta’ 3-2 kontra Spanja f’Madrid, fil-UEFA Nations League.

Barra minn hekk, l-Ingilterra ngħatat sospensjoni ta’ partita waħda li fiha ma tkunx tista’ tbigħ biljetti lill-partitarji tagħha għal logħba barra minn darha. Din is-sanzjoni ġiet sospiża għal perjodu ta’ prova ta’ sentejn.

Il-kant kienu jinkludi referenzi offensivi għall-Papa u għall-Armata Repubblikana Irlandiża (IRA).

L-FA kkundannat dan l-aġir u ddeskrivietu bħala inaċċettabbli u profondament offensiv. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li se tikkollabora mal-pulizija biex tidentifika lil dawk responsabbli u tieħu l-miżuri meħtieġa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here