Milan diġà stabbilew il-linji gwida għas-swieq tat-trasferimenti li jmiss ta’ Milan, bil-għan li jinvestu fi players żgħażagħ ta’ talent kif ukoll f’elementi ta’ esperjenza li jistgħu jgħinu lill-club jerġa’ jikkompeti fil-quċċata tal-football Taljan u Ewropew.
Skont rapporti fil-media Taljana, fost il-players li qed jiġu segwiti hemm il-midfielder Portugiż ta’ Manchester United, Bruno Fernandes, li għandu 32 sena.
Milan qed ifittxu players li jistgħu joffru tmexxija u personalità fil-ground u fid-dressing room. Fernandes huwa meqjus bħala kandidat ideali, speċjalment hekk kif il-club qed jistenna wkoll id-deċiżjoni ta’ Luka Modric dwar il-futur tiegħu.
Il-Portugiż ikun interessat li jirritorna fl-Italja, fejn fil-passat lagħab ma’ Novara, Udinese u Sampdoria.
Manchester United qed jinnegozjaw kuntratt ġdid, iżda jixtiequ jnaqqsulu s-salarju attwali ta’ bejn €10 u €11-il miljun fis-sena. Il-klawsola ta’ rilaxx ta’ €65 miljun tista’ tikkomplika l-interess ta’ Milan, li madankollu jqisuh bħala leader potenzjali għall-proġett il-ġdid.




