Friday, November 20, 2026
Home Sport L-Assoċjazzjonijiet Għarab tal-Football jappoġġjaw lil Infantino

L-Assoċjazzjonijiet Għarab tal-Football jappoġġjaw lil Infantino

0
34

L-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet Għarab tal-Football (UAFA) esprimiet uffiċjalment l-appoġġ tagħha għall-kandidatura ta’ Gianni Infantino għal mandat ieħor bħala president tal-FIFA għall-perjodu 2027-2031.

Fi stqarrija maħruġa tard il-Ħamis filgħaxija, l-organizzazzjoni faħħret il-kontribut ta’ Infantino għall-iżvilupp tal-football internazzjonali u l-ħidma tiegħu biex ikompli jkabbar il-logħba madwar id-dinja.

Dan l-appoġġ huwa importanti għall-Isvizzeru qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-FIFA, li se ssir fit-18 ta’ Marzu 2027 f’Rabat, il-Marokk.

Infantino se jkun qed jiffaċċja kompetizzjoni, fosthom mill-president tal-Federazzjoni Franċiża, Philippe Diallo, u l-eks president tal-Assoċjazzjoni Ġappuniża, Kozo Tashima. 

Il-UAFA tirrappreżenta 22 assoċjazzjoni nazzjonali tal-football.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here