Friday, November 20, 2026
Home Sport Formula 1: Russell l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni ta’ provi f’Las Vegas

Formula 1: Russell l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni ta’ provi f’Las Vegas

0
37

Is-sewwieq tal-Mercedes, George Russell, irreġistra l-aħjar ħin fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi għall-Grand Prix ta’ Las Vegas, fejn għeleb lil Pierre Gasly tal-Alpine b’0.071 sekonda biss.

Russell waqqaf il-ħin f’minuta, 47.272 sekonda fuq korsa mxarrba li bdiet tinxef. Charles Leclerc tal-Ferrari spiċċa t-tielet, 0.333 sekonda wara.

Din is-sessjoni offriet aktar azzjoni mill-ewwel waħda, li kienet affettwata ħafna mix-xita qawwija u spiċċat mingħajr ma ġie rreġistrat ħin.

Isack Hadjar temm ir-raba’ għar-Red Bull, segwit minn Oscar Piastri tal-McLaren. Lewis Hamilton spiċċa s-sitta u Lando Norris is-seba’.

Max Verstappen kellu sessjoni diffiċli oħra u spiċċa fit-13-il post, wara li lmenta dwar nuqqas ta’ qawwa u problemi fil-karozza tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here