Monday, December 23, 2024

13-il każ ġdid; Jispikkaw il-każi fost healthcare workers

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat saru 900 swab li minnhom irriżultaw 13-il każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Dan wassal biex in-numru ta’ każi f’Malta issa tela’ għal 350 każ.

L-ewwel każ jikkonċerna lil mara anzjana ta’ 83 sena li qed tinżamm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-kundizzjonijiet mediċi tagħha qed tkun deskritta bħala waħda tajba minkejja li tbati minn kundizzjonijiet mediċi oħrajn.

Bħala parti mit-testijiet li qed jagħmlu l-awtoritajiet mit-testijiet li għmalu fuq l-istaff tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, irriżultaw żewġ persuni mill-istaff tal-male ward li minkejja li ma kellhomx sintomi rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Iż-żewġ ħaddiema inkwistjoni huma mara ta’ 57 sena u raġel ta’ 60 sena.

Każ ieħor huwa dak ta’ raġel anzjan ta’ 53 sena li jaħdem fl-isptar Zammit Clapp, bħala voluntier u carer li rriżulta pożittiv minn random testing li sar.

Mill-istess sptar bħala parti mit-testijiet li qed isiru irriżulta li ħaddiema oħra li taħdem hemm, mara Maltija ta’ 51 sena, hija pożittiva għall-coronavirus.

F’dawn il-każijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu fi sptarijiet jew residenzi tal-anzjani l-awtoritajiet qed jagħmlu iżolament ta’ dawn il-persuni, u contact tracing tal-impjegati li kienu xogħol u ssir ukoll evalwazzjoni mal-Infection Control Unit kemm huma kellhom kuntatt mal-pazjenti.

Każ ieħor huwa ta’ anzjana ta’ 88 sena residenti San Vinċenz de Paule. Hija bdiet turi sintomi fit-8 ta’ April. L-anzjana tbati minn kundizzjonijiet mediċi oħrajn. Residenti oħrajn li ġew f’kuntatt magħha jitpoġġew fi kwarantina u għaddejja ħidma intensiva biex jiġi determinat min kienu dawk l-imjegati li ġew f’kuntatt mal-anzjana, biex jitpoġġew huma wkoll fi kwarantina u jsiru t-testijiet meħtieġa.

Każ ieħor huwa dak ta’ anzjana maltija ta’ 88 sena li ddaħħlet l-isptar mater dei bi qtugħ ta’ nifs. Hija qed tinmm fl-Infectious Diseases Unit f’Mater dei.

Każ ieħor jikkonċerna lil raġel ta’ 26 sena li huwa healthcare worker f’Karin Grech. Beda juri sintomi fit- 8 ta’ April. Ma jirriżultax li kien hemm kuntatt bejn dan il-healthcare worker u l-pazjent li miet ilbieraħ u li kien qed jinżamm fl-istess Sptar Karin Grech.

każ ieħor huwa ta’ tifel Sirja ta’ tmien snin li huwa residenti malta u li ddaħħal l-isptar għal testijiet ta’ kundizzjonijiet oħrajn. irriżulta pożittiv mill-pre-op testing li sarulu. Huwa qarib ta’ persuna oħra li rriżultat pożitiva lbieraħ.

Każ ieħor huwa dak ta’ healthcare worker ieħor, mara ta’ 29 sena, li kellha sintomi fid-9 ta’ April. kienet tinsab fi kwarantina minħabba li kellha kuntatt ma’ pazjenti ieħor li kien diġà rriżulta pożittiv.

Każ ieħor huwa dak ta’ mara Maltija ta’ 66 sena li bdiet bis-sitomi fit-2 ta’ April.

Każ ieħor huwa dak ta’ mara Maltija ta’ 34 sena li ma kellha l-ebda sintomi iżda li rriżultat pożittiva mill-pre-op testing li qed isir wara li binha ddaħħal l-isptar għal operazzjoni. Binha ma rriżultax pożittiv.

L-aħħar każ huwa ta’ raġel Malti ta’ 39 sena li beda bis-sintomi fid-9 ta’ April. Huwa mar xogħol waqt li kellu s-sintomi.Qed issir komunikazzjoni mal-kumpanija biex isir assessjar u kif ukoll investigazzjoni ta’ kollegi oħrajn tiegħu u biex issir diżinfestazzjoni.

Ekonomija

Sport