Sunday, December 22, 2024

13-il persuna arrestati wara li nstabu jaħdmu u jgħixu f’pajjiżna irregolarment

Aqra wkoll

13-il persuna ġew arrestati waqt spezzjonijiet li saru mill-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).

Mill-ispezzjonijiet li saru f’siti ta’ kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar irriżulta li persuni mill-Ġeorġia, l-Albanija, il-Pakistan, il-Mali, is-Senegal u n-Niġerja kienu qegħdin jaħdmu u jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Dawn il-persuni ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż. 

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport