Friday, December 13, 2024

13-il persuna jitilfu ħajjithom f’tieġ ġewwa l-Indja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom wara li waqgħu ġo bir waqt ċerimonja ta’ tieġ li kienet qiegħda ssir fit-Tramuntana tal-istat Indjan ta’ Uttar Pradesh. 

Il-pulizija qalu li l-vittmi – li huma kollha nisa u tfal – kienu qegħdin bilqiegħda fuq għatu tal-metall li kien qiegħed jgħatti bir. Ġara li bil-piż dan l-għatu sfronda. F’dan il-każ ukoll, żewġ persuni sofrew ġrieħi u kellhom jingħataw il-kura ġewwa l-isptar. 

Hekk kif seħħet it-traġedja, il-mistednin li kien hemm f’dan it-tieġ taw l-għajnuna immedjata tagħhom u ħadu lill-vittmi l-isptar. Filwaqt li 11-il persuna mietu fuq il-post, tnejn oħra mietu ftit tal-ħin wara meta kienu l-isptar. 

Ekonomija

Sport