Friday, December 27, 2024

13-il sena mit-traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ familja sħiħa fl-Għarb

Aqra wkoll

Kien tard waranofsinhar, tal-5 ta’ Settembru, meta madwar il-pajjiż fosthom l-aktar f’Għawdex instemgħet splużjoni qawwija li dwiet l-akwati.

Mill-ewwel ġriet l-aħbar li kienet seħħet splużjoni fil-kamra tan-nar ta’ Farrugia Brothers li kienet tinsab fil-limiti tal-Għarb qrib sew il-kappella ta’ San Dimitri.

Minnufih bdew l-għajdut dwar il-persuni li setgħu kienu fil-kamra tan-nar. Fil-fatt, fil-kamra kien hemm Nenu Farrugia, il-missier u sid il-kamra, ibnu Raymond, ibnu Noel u martu Antionette, Peter Paul Micallef li kien miżżewweġ lit-tifla ta’ Nenu. Magħhom ukoll kien hemm Jean Pierre Azzopardi li minkejja ma kinix jiġi mill-familja Farrugia, kien qiegħed jaħdem in-nar magħhom.

X’seta’ kkawża l-inċident ta’ dakinhar ftit li xejn wieħed jista’ jistabbilixxi iżda fil-kamra kien hemm ammont kbir ta’ materjal li kien qiegħed jitħejja għall-festa ta’ Marija Bambina tax-Xagħra.

Ir-raħal żgħir tal-Fontana, magħruf sew għax-xogħol tan-nar isellem lil uliedu li tilfu ħajjithom … iżda minkejja din id-diżgrazzja xorta waħda jibqa’ wieħed mill-aktar irħulha f’Għawdex li fih hemm delettanti tan-nar.

Ekonomija

Sport