Monday, May 13, 2024

Sospiż is-servizz tal-Gozo Fast Ferry minħabba l-maltemp

Aqra wkoll

Minħabba r-riħ qawwi li beda jolqot il-gżejjer Maltin u fis-sigħat li ġejjin mistenni li jiżdied, il-kumpaniji li joperaw is-servizz tal-FastFerry bejn Għawdex u Malta ħabbru li qegħdin jissospendu s-servizz tagħhom sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Dan l-avviż kien mistenni hekk kif il-Fast Ferry jgħaddi minn żoni fil-kosta Maltija li meta jkun il-Grigal jolqot l-aktar. Il-kumpaniji qalu li wieħed għandu jsegwi l-paġna ta’ Facebook tagħhom biex jaraw l-aħħar żviluppi.

Dan is-servizz hu ta’ benefiċċju kbir għal ħaddiema Għawdxin hekk kif mijiet jużawh biex imorru fuq il-post tax-xogħol tagħhom l-aktar dawk li jaħdmu l-Belt Valletta u anke fl-Isptar Mater Dei.

Sport