Wednesday, November 25, 2026
Home Sport Kartieri Boxing Club jagħti lura lill-komunità fil-Milied

Kartieri Boxing Club jagħti lura lill-komunità fil-Milied

0
29

Kartieri Boxing Club se jkun qed jagħti rigali lil kull membru tiegħu, filwaqt li se jorganizza wkoll inizjattivi ta’ solidarjetà biex iferraħ lit-tfal inqas ixxurtjati u lill-familji li għaddejjin minn diffikultajiet.

Apparti r-rigali għall-membri, il-club se jpoġġi numru sabiħ ta’ rigali taħt is-siġra tal-Milied tal-Belt, biex dawn jingħataw lil tfal fil-bżonn.

Fis-17 ta’ Diċembru se tiġi organizzata wkoll ikla speċjali, fejn l-ikel u x-xorb se jkunu b’xejn għall-membri tal-club, kif ukoll għal tfal u familji li jeħtieġu l-għajnuna.

Din is-sena se jkollhom magħhom ukoll lil Maria Vidal, flimkien mat-tfal b’diżabilità li tieħu ħsieb b’tant dedikazzjoni u mħabba.

Kartieri Boxing Club saħaq li mhuwiex biss club tal-boxing, iżda familja fejn kulħadd għandu postu, fejn wieħed jgħin lill-ieħor u fejn ħadd m’għandu jħossu waħdu.

Il-club esprima wkoll il-gratitudni lejn l-isponsors kollha li dejjem appoġġjawh u emmnu fih, u awgura lil kulħadd Milied mimli paċi, ferħ, saħħa u mħabba, kif ukoll Sena Ġdida mimlija barkiet u affarijiet sbieħ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here