Tliet players mill-Malta Premier ġew sospiżi għal partita waħda mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-Malta FA wara t-13-il ġurnata tal-VBET Malta Premier.
Gabriel Mentz u Francisco Saldanha ta’ Gzira United, kif ukoll Thiaguinho ta’ Mosta, mhux se jkunu disponibbli għall-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej.
Fil-BOV Challenge League, James Vella (Naxxar L.), Precious Uchechukwu Nwankwo (Pietà H.), Ender Alvarez u Steven Schembri (Vittoriosa S.), kif ukoll Darren Borg (Żurrieq), ġew sospiżi għal partita waħda. L-uffiċjali Mark Vella ta’ Victoria Hotspurs u Marco Gauci ta’ Vittoriosa ġew ukoll sospiżi għal partita waħda.
Fil-BOV National League I, Gabriel Azzopardi u Yanis Tonna (Lija A.), kif ukoll Shedrack Tegwi Thomas (Pembroke A.), ġew sospiżi għal partita waħda wkoll.
Radnor Farrugia (Għaxaq) u Warren Azzopardi (Ta’ Xbiex) ingħataw sospensjoni ta’ partita waħda fil-BOV National League II.




