Saturday, November 23, 2024

133 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 107 persuni

Aqra wkoll

Mill-2,664 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 133 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 107 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li b’hekk il-każi attivi ta’ persuni infettati bil-coronavirus f’Malta issa jammonta għal 2,082.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 16-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu diġà pożittivi għall-virus, ħames każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, tliet każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li diġà kienu pożittivi, u każ li rriżulta minn attività soċjali.

Sport