Wednesday, July 24, 2024

Is-Sindku tal-Floriana se tipproponi li fil-lokalità jsir monument f’ġieħ il-Professur Friggieri

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Floriana Davina Sammut Hili se tkun qed tipproponi biex il-lokalità tfakkar lill-Professur Oliver Friggieri b’monument. Il-Professur Friggieri kien twieled fil-Floriana fl-1947.

F’kumment li għamlet, is-Sindku Furjaniża qalet li “l-istorja dwar dan il-ġgant f’dak kollu li hu Malti għad trid tinkiteb”.

Filwaqt li rreferiet għall-monument fil-Floriana f’ġieħ il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, li bejn l-1894 u l-1910 kien għex fis-seminarju tal-lokalità, tenniet li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill se tkun qed tipproponi biex il-Professur Friggieri jitfakkar b’mument kif jixraqlu.

“Strieħ fis-sliem Prof. Malta ma tinsik qatt,” temmet tgħid Sammut Hili fil-kumment tagħha.

Ekonomija

Sport