Monday, May 13, 2024

14-il abbati Malti u Għawdxi b’esperjenza fil-Vatikan

Aqra wkoll

Ta’ spiss diversi abbatini Maltin u Għawdxin jitilgħu l-Vatikan għal esperjenza unika. Aktar kmieni din il-ġimgħa, grupp ta’ 14-il abbati Malti u Għawdxi telgħu jagħmlu esperjenza ta’ servizz fil-Belt tal-Vatikan.

Fuq il-Paġna Uffiċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex ta’ Facebook kitbu li l-maġġorparti tal-abbatini huma Għawdxin. Fosthom hemm Gianni Zarb (Ta’ Sannat), Cristiano Hili (Ta’ Kerċem), Kurt Vella (San Ġorġ), Darryl Apap (Ta’ Sannat), Gabriel Debrincat (ix-Xewkija), Andrew Zerafa (Ta’ Sannat), Samwel Camilleri (ix-Xewkija), Steven Buttigieg (il-Qala), Kurt Cutajar (San Ġorġ), u Felix Agius (Ta’ Sannat).

Aktar kmieni dalgħodu Dalgħodu, fis-Sagristija tal-Bażilika ta’ San Pietru waqt is-servizz tagħhom, l-abbatini Għawdxin iltaqgħu wkoll mal-Kardinal Għawdxi Mario Grech.

L-abbatini qegħdin akkumpanjati minn Mons. Frans Bonnici u s-seminarista Għawdxi John Xerri. Huma mistennija li jirritornaw lura Malta fil-5 ta’ Awwissu.

Sport