Tuesday, March 17, 2026

14-il sena ilu ġejt diagnosed b’kanċer stage 3 … illum ħafna jafuni bħala “Martina ta’ Puttinu”

Aqra wkoll

14-il sena ilu ġejt diagnosed b’kanċer stage 3, każ li s’issa ma rajniex ieħor bħalu f’Malta.

Dak iż-żmien kelli 15-il sena. Kont għadni kemm tlift lil ommi u kont qed nipprepara għall-MATSEC. Minflok, sibt ruħi Rainbow Ward niddiskuti pjan ta’ kura fejn kelli ngħamel 3 xhurnf’ Sutton fl-appartamenti ta’ Puttinu.

Martina ta’ 15-il sena qatt ma bassret li se tasal s’hawn. Lanqas kont nara lili nnifsi nasal fl-għoxrin sena tiegħi, u llum qed nersaq lejn it-30. Dik l-esperjenza wasslitni niffoka l-istudji tiegħi fuq dawn ir-realtajiet, biex nifhem aħjar x’jgħaddu minnu l-pazjenti u l-familji tagħhom.

Tul ħajti tlift persuni għeżież bil-kanċer u ħafna drabi staqsejt: għaliex jien le? Forsi proprju għalhekk inħoss li huwa dmir tiegħi li nkun vuċi għal dawk it-tbatijiet u naħdem biex familji oħra ma jgħaddux minn dak li għaddiet minnu l-familja tiegħi.

Matul dawn is-snin kbirt ma’ Puttinu Cares, minn voluntiera għal membru fil-kumitat. Illum ħafna jafuni bħala “Martina ta’ Puttinu”, u dak huwa wieħed mill-akbar unuri għalija. Il-volontarjat għeni nkompli nimxi ’l quddiem u nsib sens f’dak kollu li għaddejt minnu.

Rennie u Angele dejjem emmnu fija u tawni ħiliet li ebda skola jew xogħol ma seta’ jgħallimni. Flimkien mat-team u bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi nibqgħu naħdmu biex nagħtu aktar għajnuna lil min għandu bżonnha.

Il-biża’ tibqa’ hemm, u kull follow-up l-isptar għadu jqabbadni ansjetà kbira. Iżda nħares lura u nara kemm imxejt ’il quddiem. Illum ukoll qed ngħix ħolma li dejjem xtaqt li jkolli d-dar tiegħi stess, minkejja dak kollu li l-ħajja pprovat twaqqafni minn dan.

Grazzi lilkom li dejjem kontu ta’ sapport tul din il-mixja tiegħi. Nibqa’ grata għal kull wieħed u waħda minnkom, u grazzi li għal sena oħra se terġgħu tappoġġjaw lil Puttinu Cares fil-Ġimgħa l-Kbira

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares, hekk kif għaddejin ġmielhom il-preparamenti għal maratona fil-Ġimgħa l-Kbira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport