Sunday, December 22, 2024

146 każ ġdid… Ifiqu 15-il persuna fl-aħħar sigħat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,809 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 146 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 15-il persuna ddikjarati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 1,963.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-195 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 125 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena. L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 29 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 18-il pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 32,616 fejn minnhom 30,233 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 724,343 doża. Minn dawn 383,867 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 357,558 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport