Monday, December 23, 2024

15-il xahar ħabs fuq serqa minn residenza fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena mill-Ġorġja kien ikkundannat 15-il xahar ħabs wara li ammetta akkużi dwar serq.

Giorgadze Tengizi Mamagejschwili ta’ 42 sean tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia b’rabta ma’ serq ta’ ġojjellerija, flus u oġġetti oħra minn residenza privata fil-Mosta f’Awwissu tal-2019. Huwa kien mixli wkoll li wettaq ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor.

Fil-Qorti ntqal li l-imputat kellu diversi kundanni kriminali oħra barra minn Malta. Ir-raġel, li huwa bla xogħol, bħalissa jinsab miżmum taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fuq każ ieħor ta’ allegat serq.

L-Avukat Difensur Noel Bianco informa lill-Qorti li l-imputat kien se jwieġeb ħati tal-akkużi, jekk il-prosekuzzjoni taċċetta li tneħħi l-akkuża tar-reċediva.

L-Ispettur Christina Delia qalet li l-Prosekuzzjoni mhux qiegħda tinsisti fuq din l-akkuża hekk kif spjegat li l-pulizija kienet għadha ma rċevietx kopji tad-dokumenti rilevanti minn barra.

Il-Maġistrat Ian Farrugia, filwaqt li sab lir-raġel ħati tal-akkużi, ikkundannah piena ta’ 15-il xahar priġunerija.

Ekonomija

Sport