Thursday, March 28, 2024

15-il xahar ħabs għal raġel ħati ta’ żewġ serqiet f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Michael Raymond Sciberras, ta’ 32 sena ġie kkundannat 15-il xahar ħabs wara li aktar kmieni ammetta li kien wettaq żewġ serqiet minn Raħal Ġdid.

Hu ammetta li fit-3 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra kien seraq €70 mill-pompa tal-petrol fi Vjal Sir Paul Boffa, filwaqt li ammetta wkoll li fil-11 ta’ Novembru tas-sena l-oħra kien seraq minn uffiċċju fi Pjazza Antoine De Paule.

Sciberras deher quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia fejn meta kienet qed tikkonsidra s-sentenza, qalet li jirriżulta li l-fedina penali tiegħu mhux waħda allarmanti, iżda lanqas hi xi waħda nadifa.

Il-Maġistrat qalet ukoll li kien kiser l-ordni ta’ probation wara ftit xhur. Mir-rapport tas-social worker ħareġ li r-raġel beda jabbuża mid-droga meta kellu biss 13-il sena.

Wara li rat il-provi mressaq, il-Qorti kkundannat lil Sciberras 9 xhur ħabs b’rabta mas-serq li ammetta li wettaq, u magħhom żiedet 6 xhur ħabs oħra talli kiser il-kundizzjoni tal-probation.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Antonello Magri li investiga lil Sciberras b’rabta maż-żewġ serqiet.

Ekonomija

Sport