Wednesday, March 27, 2024

Il-PM jikteb lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga jekk tħallsux flus żejda lil VGH/Steward

Aqra wkoll

Stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li l-Prim Ministru, Robert Abela, kiteb lill-Awditur Ġenerali kif qal li se jagħmel fil-Parlament fis-seduta Parlamentari tal-bieraħ, is-16 ta’ Marzu.

Dr Abela talab investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali, permezz ta’ ittra li fiha rrefera għal mandat li tah il-Parlament biex “jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jirkupra dawk il-ħlasijiet li ġew affettwati, u li dwarhom jirriżultalek li ma ngħatax il-valur tagħhom f’servizzi mediċi u servizzi relatati u investiment.”

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika l-ittra mal-istqarrija.

Ekonomija

Sport