Saturday, November 28, 2026
Home Sport Zabbar St Patrick jitilgħu fil-quċċata tal-Bottom Six … jixħtu lil Balzan fil-periklu

Zabbar St Patrick jitilgħu fil-quċċata tal-Bottom Six … jixħtu lil Balzan fil-periklu

0
50
Ritratt: Mark Mangion

ZABBAR ST PATRICK………2

BALZAN………………………. 0

Żabbar St Patrick kisbu rebħa importanti fuq Balzan bl-iskor ta’ 2-0 u ħallew lil dawn tal-aħħar f’periklu li jispiċċaw fl-aħħar żewġ pos­tijiet tal-klassifika.

Balzan bdew tajjeb u wara 10 minuti Mohammed Yahaya daħal fil-kaxxa u pprova x-xutt, iżda l-ballun ġie ddevjat f’idejn Patrik Mohorovic. Żabbar wieġbu bi free-kick iżda l-cross ta’ Joao Henrique Camargo ġie mdawwar f’corner.

Balzan resqu viċin ukoll meta Fernandes xeħet cross li Guehi interċetta u pprova bir-ras, iżda Strahinja Jovancic xeħet f’corner.

Fit-28 minuta, Balzan talbu l-intervent tal-FVS wara allegat foul ta’ Jake Micallef fuq Lucas Macula fil-kaxxa, iżda t-talba tagħhom ma      ġietx milqugħa.

Żabbar fetħu l-iskor fit-43 minuta minn azzjoni ta’ corner meta Jurgen Pisani qassam lil Milos Jovicic, li minn taħt il-lasti ma żbaljax.

Fl-64 minuta, Balzan tilfu ċans tad-deheb meta Rosiel Pereira qassam lil Ayom Majok, li mill-viċin u kompletament żmarkat tefa’ barra.

Fis-67 minuta Żabbar tal­bu l-FVS wara daħla ta’ Ni­cholas Pulis fuq Jovicic, iżda Petrovic ma laqax it-talba tagħhom.

Fis-72 minuta, is-sostituti Kaiden Fenech u Nicolas Francisco Lancioni kkombinaw, iżda l-isforz ta’ Lancioni mar barra.

Żabbar issiġillaw ir-rebħa fis-77 minuta meta, minn free-kick, Dylan Ciappara kklerja l-ballun, li spiċċa għand Mario Fontanella u dan tefa’ f’lasti vojta.

Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Charles Kokola M’Mombwa (Nicolas Francisco Lancioni 61), Joao Henrique Camargo Mafra, Milos Jovicic, Jake Micallef (Kaiden Fenech 69), Jurgen Pisani (Thomas Melillo 69), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius Santa Rosa Mendonca (Mario Fontanella 61), Alfredo Agyeman (Tobias Andre Moriceau Terrazas 69) – Coach: Adolfo Sormani

Balzan: Dylan Ciappara, Jake Grech (Rosiel Pereira Da Silva 46), Nicholas Pulis (Sean Cipriott 76), Mohammed Marzuq Yahaya (Yuel Kuach 70), Lucas Macula Ribeiro De Oliveira, Dimeji Oluwatobiloba Awosanya, Amiel Sekala Siolklon Guehi (Ayom Majok Ayom 46), Ederson Bruno Domingos, Luis Gabriel Santos Silva, Nikola Ignjatovic, Leonardo Joaquim Da Silva Fernandes (Samir Arab 46).  – Coach: Andrew Cohen

Referee: Slobodan Petrovic

assistenti: Jurgen Spiteri, Wayne Spiteri

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: M. Jovicic 43, M. Fontanella 77 (ZSP)

Ammoniti: V. Mendonca, J. Pisani, T. Terrazas, M. Jovicic (ZSP); S. Geuhi, Y. Kuach (B)

Player tal-Logħba: Milos Jovicic (Zabbar SP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here