Paris Saint-Germain komplew bil-forma tajba tagħhom f’Ligue 1 meta għelbu lil Lorient 2-0, f’partita li fiha ddominaw għal ħafna mill-ħin u kisbu tliet punti importanti.
PSG fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima permezz ta’ Senny Mayulu, li temm azzjoni offensiva biex poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ. Dembele wkoll resaq qrib li jżid goal ieħor qabel il-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima, Ousmane Dembele rdoppja l-vantaġġ u poġġa lil PSG f’pożizzjoni komda. Lorient ippruvaw jirreaġixxu, iżda sabuha diffiċli biex jippenetraw lid-difiża avversarja.
Lorient kellhom opportunità tajba biex inaqqsu d-distakk meta Ibrahima Balde falla penalty fl-aħħar minuti, filwaqt li PSG żammew il-vantaġġ tagħhom u għalqu l-partita bi clean sheet.
Din kienet id-disa’ rebħa konsekuttiva tal-Pariġini f’Ligue 1, li kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata tal-klassifika, b’sitt punti vantaġġ.





