Sunday, November 29, 2026
Home Sport La Liga: Alaves jissorprendu lil Real Madrid fis-Santiago Bernabeu

La Liga: Alaves jissorprendu lil Real Madrid fis-Santiago Bernabeu

0
32

Alaves kisbu rebħa sensazzjonali ta’ 2-1 fuq Real Madrid fis-Santiago Bernabeu, u temmew is-sensiela ta’ 10 rebħiet konsekuttivi tal-Madrileni biex tawhom ukoll daqqa ta’ ħarta kbira fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

Alaves fetħu l-iskor fil-21 minuta meta Toni Martinez approfitta minn żball difensiv u għeleb lil Thibaut Courtois. Real Madrid kellhom ħafna pussess, iżda sabu diffikultà biex joħolqu opportunitajiet ċari.

Il-viżitaturi rduppjaw il-vantaġġ wara s-siegħa logħob permezz ta’ Angel Perez, li temm azzjoni offensiva biex għamel 2-0.

Real wieġbu permezz ta’ Kylian Mbappe, li naqqas id-distakk fit-68 minuta b’konklużjoni qawwija. Il-Madrileni komplew jagħfsu għall-goal tad-draw, iżda Alaves żammew id-difiża soda.

Real Madrid kellhom ukoll Jude Bellingham imkeċċi wara t-tieni karta safra, u Alaves żammew il-vantaġġ biex kisbu rebħa importanti u memorabbli fil-Bernabeu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here