Għaddejja tfittxija intensiva għal Elias Kasem, tifel ta’ sentejn li ntlemaħ l-aħħar fl-inħawi ta’ Triq il-Wied, fiż-Żejtun. Huwa kien liebes qalziet griż, qmis blu u sandli kannella.
Il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili qed jikkoordinaw it-tfittxija, li fiha hemm involuti madwar 60 uffiċjal.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar fejn jista’ jkun Elias huwa mħeġġeġ jikkuntattja lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq 2122 4001 jew 119, jew jagħmel rapport fl-eqreb għassa.
