Saturday, November 28, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hamrun Spartans iżommu t-tamiet ħajjin b’rebħa fuq Floriana

Malta Premier League: Hamrun Spartans iżommu t-tamiet ħajjin b’rebħa fuq Floriana

0
84
Ritratti: Mark Mangion

FLORIANA…………………. 2

HAMRUN SPARTANS……. 3

Ħamrun Spartans kisbu rebħa prezzjuża ta’ 3-2 fuq Floriana biex żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jtemmu l-istaġun fost l-ewwel żewġ timijiet fit-Top 6 tal-Opening Phase tal-Malta Premier League.

Il-partita kienet waħda intensa u mimlija episodji kontroversjali, penalties, goals imħassra u mumenti ta’ tensjoni sal-aħħar sekondi.

L-Ispartans fetħu l-iskor fid-disa’ minuta meta Lucas Villela approfitta minn cross preċiż ta’ Coric u għeleb lil Picon b’xutt fil-baxx. Fis-16-il minuta, l-istess Villela ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Delmonte u r-referee ordna penalty. L-istess Brażiljan ma żbaljax u għamilhom 2-0 b’konklużjoni fil-baxx.

Floriana ppruvaw jirrispondu, b’Paul Mbong ikun l-aktar player attiv fl-attakk. Minkejja dan, il-Furjaniżi sabu diffikultà biex jegħlbu lill-goalkeeper Polito. Qabel il-mistrieħ, Ħamrun kienu qrib it-tielet goal meta daqqa ta’ ras ta’ Matthew Guillau­mier minn free-kick ta’ Coric ħabtet mal-lasta.

Fit-tieni taqsima, Floriana ħarġu b’attitudni aktar offensiva. Wara diversi tentattivi, huma ngħataw pe­nalty fil-61 minuta għal foul fuq Stephen Odey. Wara verifika mal-Football Video Support, id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata u Mbong naqqas l-iskor għal 2-1.

Il-logħba baqgħet miftuħa u Floriana saħansitra raw goal ta’ Mustapha Jah jitħassar għal offside. Madankollu, fit-83 minuta Ħamrun sabu t-tielet goal permezz ta’ Marcello Trotta, li daħal fil-kaxxa b’azzjoni personali u għeleb lil Picon b’xutt angolat.

Il-Furjaniżi ma qatgħux qalbhom u komplew jattakkaw. Wara goal ieħor imħassar għal offside, huma rebħu t-tieni penalty fit-92 minuta meta Jah ġie mwaqqa’ fil-kaxxa. Għal darb’oħra Mbong sab ix-xibka mill-11-il metru biex reġa’ naqqas il-marġni tal-iskor.

Fl-aħħar minuti kien hemm pressjoni qawwija minn Floriana, iżda Ħamrun ikkontrollaw il-vantaġġ u ċċelebraw rebħa kruċjali li żżommhom b’saħħithom fil-ġlieda għaż-żewġ postijiet ewlenin tal-klassifika.

Ir-rebħa kienet frott bidu qawwi, organizzazzjoni di­fensiva tajba u effiċjenza quddiem il-lasti. Għalkemm Floriana wrew karattru u baqgħu fil-konfront sal-aħħar, l-Ispartans għarfu jim­­maniġġjaw il-mumenti kruċjali tal-partita.

Din ir-rebħa ssaħħaħ il- pożizzjoni tagħhom u tagħtihom spinta importanti għall-isfidi li ġejjin fil-kampjonat u fit-taqtigħa għall-ogħla unuri għal dan l-istaġun ukoll.

Floriana: Alvaro Pablo Martin Picon, Kauan Alexandre Martins De Paula, Paul Mbong, Federico Nicholas Varela Escudero, Alen Kurtalic (Kenan Dervisagic 76), Gaston Manuel Romano, Owen Spiteri (Mustapha Jah 60), Nicolas Delmonte (Amar Drina 19), Carlo Zammit Lonardelli, Yassine Jbira (Myles Beerman 60), Stephen Pius Odey. – Coach: Carlos Alos

Hamrun S.: Francisco Celio Da Paz Silva Filho, Rafael Petrilio Compri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard, Lucas Iapert Villela, Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Marcelo Caua Aguiar de Alves (Gonzalo Nicolas Virano 55’), Ante Coric (Marcello Trotta 72’), Emerson Marcelina (Jack Ipalibo 38’), Ryan Camenzuli  – Coach: Daniel Portela

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: James Muscat, Max Lee Muscat

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: L. Villela Iapert 9, 18 pen, M. Trotta 83 (HS); P. Mbong 64 pen, 92 pen (F)

Ammoniti: N. Delmonte, A. De Paula Kauan (F); E. Marcelina, R. Camenzuli, F. Silva Filho (HS)

Player tal-Logħba: Lucas Villela Iapert (Hamrun S.)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here