Il-President tilqa’ lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa waranofsinhar, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michael O’Flaherty, għal żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Matul iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, il-Kummissarju O’Flaherty kellu laqgħat u diskussjonijiet ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, partijiet interessati u rappreżentanti tal-Gvern.

Huwa laqa’ l-isforzi ta’ Malta biex tintroduċi leġiżlazzjoni li tipproteġi lill-ġurnalisti u l-ġurnaliżmu, fost materji oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ta’ Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono enfasizzat kif d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għandhom jitqiesu b’mod usa’, hekk kif id-drittijiet umani u l-kwistjonijiet soċjali huma interkonnessi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport