Saturday, November 28, 2026
Home Sport Tennis: Spanja u l-Italja fil-finali tad-Davis Cup

Tennis: Spanja u l-Italja fil-finali tad-Davis Cup

0
107

Spanja u l-Italja se jiltaqgħu fil-finali tad-Davis Cup wara li għelbu lil Gran Brittanja u lir-Repubblika Ċeka rispettivament fis-semi-finali f’Bologna.

Spanja għelbu lill-Brittaniċi 2-0, b’Rafael Jodar jagħti l-ewwel punt wara rebħa ta’ 6-2, 7-5 fuq Cameron Norrie. Carlos Alcaraz imbagħad assigura l-kwalifikazzjoni wara li għeleb lil Arthur Fery 6-2, 6-1.

L-Italja kellha sfida aktar diffiċli, u għelbet lir-Repubblika Ċeka 2-1. Lorenzo Musetti rebaħ kontra Jakub Mensik 6-3, 6-4, iżda Jiri Lehecka għamel l-iskor indaqs wara li għeleb lil Flavio Cobolli.

Id-doubles deċiżiv intrebħu minn Musetti u Andrea Vavassori, li dawru żvantaġġ ta’ set biex għelbu lil Lehecka u Tomas Machac 3-6, 6-1, 7-6 (4).

L-Italja se tkun qed tfittex ir-raba’ titlu konsekuttiv, filwaqt li Spanja tittama li tpatti għat-telfa tal-finali tas-sena l-oħra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here