Naby Keita ngħata perjodu ta’ mistrieħ mill-football wara li ammetta li mhux mentalment lest biex jgħin lil Ferencvaros, bil-club Ungeriż jaċċetta t-talba tiegħu biex jiffoka fuq il-benesseri tiegħu.
Il-midfielder ta’ 31 sena talab għal dan il-perjodu wara li għadda minn żmien diffiċli, b’injuries ripetuti, ftit opportunitajiet ta’ logħob u relazzjoni mhux tajba mal-eks coach Robbie Keane.
Il-coach Balazs Borbely qal li Keita kien għadda minn staġun diffiċli u li, minkejja li għamel ftit progress dan l-istaġun, il-player informah li ma jinsbax f’qagħda mentali biex jgħin lit-team.
Keita lagħab biss erba’ partiti fil-kampjonat, bl-aħħar dehra tiegħu tkun f’Settembru. Il-club jistenna li jerġa’ jingħaqad mal-iskwadra f’Jannar, wara li jieħu ż-żmien meħtieġ biex jirkupra.




