Saturday, November 28, 2026
Home Sport Jake Micallef jiffirma kuntratt ġdid ma’ Zabbar St Patrick

Jake Micallef jiffirma kuntratt ġdid ma’ Zabbar St Patrick

0
39
Ritratt: Mark Mangion

Id-difensur internazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena, Jake Micallef, iffirma kuntratt ġdid ma’ Zabbar St Patrick. 

Dan tħabbar fuq il-media soċjali mill-club stess liema kuntratt se jżommu sal-2030.

Iż-żewġ partijiet esprimew is-sodisfazzjon tagħhom hekk kif Micallef ġie ppremjat għall-konsistenza, id-determinazzjoni u l-impenn massimu mal-club Żabbari. 

Micallef innifsu sostna li l-uniku objettiv tiegħu huwa li jservi lill-club u li magħhom irid jirbaħ l-unuri.

Dan huwa t-tielet staġun ta’ Micallef mas-Saints fl-ogħla diviżjoni wara li għamel id-debutt tiegħu nhar it-18 ta’ Awwissu, 2024, fit-telfa ta’ 3-1 kontra Hamrun Spartans, f’Tony Bezzina Stadium. F’dak l-istaġun huwa lagħab 29 partita, b’total ta’ 2,208 minuti u b’rekord ta’ 18-il partiti sħaħ, seba’ darbiet ġie sostitwit u erba’ darbiet ġie utilizzat bħala sostitut.

Fl-istaġun li għadda (2025/26) lagħab 33 logħba li kienu jinkludu wkoll żewġ play-offs fejn skorja goal wieħed.

S’issa f’dan l-istaġun, Micallef lagħab 12-il partita b’ħin effettwat ta’ 955 minuta.

Huwa nħatar captain fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Floriana, nhar is-26 ta’ Ottubru … izda kien sospiż partita, fir-rebħa ta’ 5-0 fuq Mosta, wara li ntwera erba’ karti sofor.

Ir-rekord tiegħu huwa ta’ erba’ rebħiet, tliet draws u ħames telfiet hekk kif lagħab sitt partiti sħaħ, ħames darbiet ġie sostitwit u darba ġie utilizzat bħala sostitut. 

Micallef beda l-karriera tiegħu ma’ San Gwann u fl-2021/22 ġie promoss fl-ewwel team fejn lagħab 18-il partita fiċ-Challenge League.

Imbagħad, fl-2022/23 u 2023/24, lagħab maż-żgħażagħ tat-timijiet Portugiżi, Boavista u Leixoes, rispettivament. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here