Saturday, November 28, 2026
Home Sport Liverpool iridu lid-difensur xellugi Lewis Hall ta’ Newcastle United

Liverpool iridu lid-difensur xellugi Lewis Hall ta’ Newcastle United

0
30

Liverpool jinsabu interessati fis-servizzi ta’ Lewis Hall ta’ Newcastle United u għamlu kuntatti biex jinvestigaw il-possibbiltà li jakkwistaw lid-difensur  Ingliż ta’ 22 sena, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar left-backs promettenti fil-Premier League.

Hall kien attirra l-interess ta’ Manchester United fis-sajf, iżda f’Settembru ffirma kuntratt ġdid ma’ Newcastle sal-2031. Liverpool qed ifittxu li jsaħħu d-difiża tagħhom u Hall huwa meqjus bħala għażla interessanti minħabba l-esperjenza tiegħu, il-kwalitajiet difensivi u l-kontribut offensiv.

Newcastle, iżda, mhux mistennija jħallu lil Hall jitlaq faċilment u rapporti jsostnu li jistgħu jitolbu aktar minn £66 miljun biex jikkunsidraw offerta. 

Għalhekk, trasferiment f’Jannar jidher improbabbli, iżda Liverpool mistennija jibqgħu jsegwu s-sitwazzjoni tiegħu bil-ħsieb ta’ possibbiltà fis-sajf li ġej.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here