Il-Mercedes komplew juru forma impressjonanti fil-Grand Prix tal-Qatar hekk kif Kimi Antonelli temm fl-ewwel post it-tieni sessjoni tal-provi liberi, quddiem sieħbu George Russell.
Antonelli irreġistra l-aħjar dawra f’minuta u 23.077 sekondi, b’Russell 0.127 sekondi warajh, biex Mercedes għaldarb’oħra temmew sessjoni fl-ewwel żewġ postijiet. Lando Norris ta’ McLaren kien it-tielet, segwit minn Oscar Piastri, filwaqt li Max Verstappen u Isack Hadjar tal-Red Bull temmew fil-ħames u s-sitt post rispettivament.
Charles Leclerc u Lewis Hamilton tal-Ferrari kellhom sessjoni diffiċli, b’Leclerc fis-seba’ post u Hamilton fit-tmien wieħed. Hamilton kellu jieqaf qabel iż-żmien minħabba problema fil-power unit, li wasslet għal Virtual Safety Car.
Il-Mercedes kienu dominanti wkoll fl-ewwel sessjoni, u l-prestazzjoni tagħhom fit-tieni sessjoni tissuġġerixxi li jistgħu jkunu t-team li kulħadd għandu jegħleb fil-provi uffiċjal.




