Minn Cristian Muscat
BIRKIRKARA…………… 1
MOSTA…………………… 1
F’partita bilanċjata mill-Bottom Six, Birkirkara u Mosta temmew fi draw ta’ 1-1, bl-Istripes ikunu l-aħjar team fl-ewwel taqsima iżda Mosta wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima li fiha kisbu d-draw.
Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta Jan Busuttil kellu x-xutt devjat f’corner minn Emmanuel Ugwu.
Huma komplew jippressaw u fis-27 minuta, fetħu l-iskor meta FRANKLIN SASERE permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa biex b’hekk wara li fil-partita preċedenti kontra Birzebbuga SP, irnexxielu jirreġistra doppjetta personali.
B’hekk huwa kompla jikkonsolida postu fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers bi 11-il goal.
Birkirkara komplew jiddettaw il-logħba iżda kien lejn tmiem l-ewwel taqsima, li huma reġgħu heddew iżda minn pożizzjoni angolata, Jefferson Vinicius da Silva spara għoli.
Fit-48 minuta, l-Istripes appellaw għall-penalty meta d-difensur ta’ Mosta Emmanel Egwu deher li allegatment mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda r-referee Emanuel Grech, wara li kkonsulta l-Football Video Support ma ordna l-ebda penalty.
Birkirkara reġgħu ħolqu l-periklu minuta biss wara meta Kemar Reid kellu x-xutt fil-baxx tieghu salvat minn mal-art mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Mosta, Jayden Farrugia.
Huma komplew fuq l-offensiva u fid-59 minuta, is-solitu Franklin Sasere kellu x-xutt mill-ewwel qawwi minn taħt il-lasti jintemm ftit barra.
Madankollu, proprju fl- ewwel periklu li ħolqu fil-partita, fit-68 minuta, Mosta rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Birkirkara Rashed Al Tumi, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-eks tim tiegħu.
Birkirkara: Rashed Al Tumi, Wesley Bernardo Frazan, Rafael Santos Vicente Ferreira, Kemar Reid, Jan Busuttil (Amarildo De Souza Junior 63), Jefferson Vinicius da Silva (Keith Brewer Shaft Jr 75), Louis Pahama, Franklin Sasere, Pablo Gabriel Souza Alves, Jake Vassallo (Kadu Ribeiro 96), Aleandro Garzia – Coach: Winston Muscat
Mosta: Jayden Farrugia, Emmanuel Ugwu, Nevin Portelli (Aeneas Farrugia 74), Ginacalo Goncalves, Kurt Zammit, Adolphus Eugene Ebere (Bradley Farrugia 46), Lydon Attard Calleja (Zayden Chetcuti 63), Ryan Debono (Luke Urpani 74), Nathan Cross, Geoffrey Edwin Acheampong, Wanderson Diniz (Andrea Scribano 83) – Coach: Joe Grech
Referee: Emanuel Grech
assistenti: Vasil Vasilev, Jareth Grima
Raba’ Uff.: Reuben Spiteri Delicata
Skorers: F. Sasere 27 (B), G. E. Acheampong 68 (M)
Ammoniti: J. Vassallo, A. Garzia (B), B. Farrugia 92 (M)
Player tal-Logħba: Geoffrey Acheampong (Mosta)




