Friday, November 27, 2026
Home Sport Trent Alexander-Arnold qed jikkunsidra li jirritorna ma’ Liverpool

Trent Alexander-Arnold qed jikkunsidra li jirritorna ma’ Liverpool

0
32

Trent Alexander-Arnold qed jikkunsidra ritorn possibbli ma’ Liverpool, hekk kif qed jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu ma’ Real Madrid minħabba n-nuqqas ta’ ħin regolari fil-ground.

L-internazzjonali Ingliż, li ngħaqad ma’ Real Madrid fl-2025 wara li ħalla lil Liverpool, qed jitħabat biex jikseb post regolari fit-team u allegatament jinsab fil-kjú wara players oħra fl-għażliet għall-pożizzjoni ta’ difensur lemini.

Liverpool qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu u qed jevalwaw il-possibbiltà ta’ ritorn f’Anfield, għalkemm dan jista’ jkun ikkumplikat minħabba ċ-ċirkostanzi tat-tluq tiegħu.

Alexander-Arnold qed jevalwa l-għażliet tiegħu hekk kif qed ifittex aktar ħin ta’ logħob, iżda ritorn ma’ Liverpool mhux meqjus imminenti. 

Real Madrid jistgħu jikkunsidraw offerti jekk is-sitwazzjoni ma titjiebx, iżda l-player għadu taħt kuntratt sal-2031.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here