Friday, November 27, 2026
Home Sport Man Utd jestendu l-kuntratt ta’ Bruno Fernandes b’sena oħra iżda …

Man Utd jestendu l-kuntratt ta’ Bruno Fernandes b’sena oħra iżda …

0
33

Manchester United attivaw il-klawsola fil-kuntratt ta’ Bruno Fernandes biex jestendu l-ftehim tiegħu b’sena oħra, u b’hekk il-captain se jibqa’ f’Old Trafford sa Ġunju 2028.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li t-taħditiet dwar kuntratt ġdid waqfu, hekk kif iż-żewġ partijiet iffukaw fuq it-titjib tar-riżultati tat-team. Fernandes kien fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu, iżda l-United kellhom l-għażla li jestenduh għal 12-il xahar oħra.

Il-klawsola tipproteġi lill-club milli jitlef lill-midfielder Portugiż b’xejn u tagħtih aktar żmien biex jinnegozja termini ġodda.

Fernandes, li ngħaqad ma’ United mingħand Sporting CP fl-2020, għadu figura importanti fit-team. Minkejja l-inċertezza dwar il-futur tiegħu, huwa mistenni jibqa’ element ewlieni hekk kif il-club jipprova jtejjeb il-prestazzjonijiet u r-riżultati tiegħu.

Bħalissa t-taħditiet huma wieqfa u Fernandes stess sostna li jrid jistenna kif it-team se jipprogressa qabel jerġgħu jinfetħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here