Friday, November 27, 2026
Home Sport MotoGP: Iċ-champion renjanti Marc Marquez iħabbar li rtira mill-karriera

MotoGP: Iċ-champion renjanti Marc Marquez iħabbar li rtira mill-karriera

0
20

Marc Marquez ħabbar l-irtirar tiegħu fil-MotoGP, u dan tmiem il-ġimgħa, il-Grand Prix ta’ Valencia se jkun l-aħħar tiġrija tiegħu, fi tmiem karriera straordinarja fl-ispor tal-muturi.

Din l-aħbar intlaqgħet b’sorpriża kbira hekk kif l-Ispanjol ta’ 33 sena, għamel dan ftit qabel l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ, jiem biss wara li kiseb it-tmien titlu tiegħu fil-kategorija ewlenija, u b’hekk laħaq ir-rekord ta’ Giacomo Agostini.

Marquez, li ddebutta fil-MotoGP fl-2013 u rebaħ sitt titli ma’ Honda, għadda minn snin diffiċli minħabba injuries serji, iżda rnexxielu jerġa’ lura fil-quċċata wara li ngħaqad ma’ Ducati.

L-irtirar tiegħu huwa sorpriża kbira, speċjalment minħabba li kien iffirma kuntratt li kellu jżommu mat-team sal-2028.

L-aħħar dehra tiegħu se tkun il-Ħadd li ġej, f’Valencia, u se timmarka t-tmiem ta’ era fil-MotoGP.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here