Friday, November 27, 2026
Home Sport Nico Paz qed jiġi segwit minn Manchester United

Nico Paz qed jiġi segwit minn Manchester United

0
33

Manchester United qed juru interess fil-midfielder ta’ Como Nico Paz hekk kif qed ifittxu li jsaħħu l-għażliet offensivi tagħhom u possibbilment isibu s-suċċessur fit-tul għal Bruno Fernandes.

Paz, ta’ 22 sena, kellu staġun impressjonanti fl-Italja, fejn stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-players ewlenin ta’ Como, b’sitt goals u tmien assists fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-wirjiet tiegħu attiraw ukoll l-interess ta’ diversi clubs Ewropej kbar, fosthom Arsenal u Liverpool.

Manchester United huma fost il-clubs li qed isegwu lill-player, li huwa rrappurtat li miftuħ għall-possibbiltà li jmur jilgħab f’Old Trafford. Madankollu, il-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League tista’ tkun fattur deċiżiv fid-destinazzjoni futura tiegħu.

Paz impressjona wkoll fiċ-Champions League, fejn il-wirjiet tiegħu komplew isaħħu r-reputazzjoni tiegħu. Huwa kien partikolarment importanti kontra Manchester United, meta skorja darbtejn fir-rebħa ta’ Como ta’ 4-1.

Real Madrid għandhom ukoll klawsola ta’ xiri lura ta’ €80 miljun, iżda Paz huwa rrappurtat li ma tantx jixtieq jirritorna mingħajr garanzija ta’ ħin regolari fil-ground.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here